Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Jitlesta l-proġett tas-Siġġiewi-Żebbuġ junction: inqas konġestjoni, iktar sikurezza

pr221749
Date Icon 15/12/2022

Tlesta x-xogħol ta’ titjib fil-junction ta’ bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi, fi Triq L-Imdina. 

Dan ħabbru l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Infrastructure Malta (IM) Ivan Falzon, id-Direttur Eżekuttiv Proġetti u Implimentazzjoni Raphael Abdilla u l-Perit Rebecca Grech. 

Il-Ministru spjega kif dan il-proġett taffa d-diffikultajiet ta’ konġestjoni u naqqas ir-riskji t’aċċidenti f’din ir-rotta ewlenija ta’ pajjiżna.

Huwa qal li dan il-proġett naqqas il-medja tal-ħin tal-ivvjaġġar f’din iż-żona b’madwar 30%. 

“Dan it-titjib fil-junction qata’ ħafna miċ-ċirkostanzi fejn karozzi jkollhom jaqsmu kontra xulxin, b’hekk naqas wkoll ir-riskju t’aċċidenti. IM kellha ukoll diskussjonijiet mal-kunsilli lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi sabiex kompliet tirfina u tejbet il-pjanijiet tagħha għal dan il-proġett li tant kien ilu mistenni. Dan il-proġett huwa eżempju ieħor ta’ kif, permezz ta’ proġetti infrastrutturali, qed inkomplu ntejbu s-sikurezza fit-toroq tagħna,” qal Farrugia. 

L-aġenzija rat li dan il-proġett beda jopera sal-aħħar ta’ Settembru, qabel ma’ l-iskejjel reġgħu fetħu wara s-sajf.

L-aġenzija għamlet għadd t’emendi fil-pjanijiet originali tagħha sabiex salvat numru akbar ta’ siġar eżistenti fuq il-post. 

Apparti minn hekk, saru ukoll tibdiliet fil-post oriġinali tal-pedestrian crossings u fis-segregazzjoni tat-triq prinċipali minn mat-triq biswitha għal aktar sigurtà fit-triq, mingħir ma jkun hemm impatt negattiv fuq l-operat ta’ mħażen u negozji f’din iż-żona. 

Il-proġett inkuda ukoll 525 metru ta’ bankini ġodda, 435 metru ta’ servizzi ta’ telekommunikazzjoni, ċaqliq tas-servizzi tal-ilma eżistenti u sistema ġdida ta’ dawl.

Fejn possibbli, il-ħaddiema wetqu xogħlijiet meħtieġa mingħajr m’għalqu l-korsiji eżistenti f’din it-triq. Saru wkoll xogħlijiet bil-lejl sabiex tnaqqas l-impatt fuq din ir-rotta matul il-jum.

Se tiġi introdotta sistema ta’ controlled pedestrian crossing li taqsam il-karreġġjati prinċipali ta’ Triq L-Imdina, b’hekk tiżdiet is-sigurtà pedonali għal min jagħmel użu minn din it-triq bil-mixi. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Jitlesta l-proġett tas-Siġġiewi-Żebbuġ junction: inqas konġestjoni, iktar sikurezza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Jitlesta l-proġett tas-Siġġiewi-Żebbuġ junction: inqas konġestjoni, iktar sikurezza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Jitlesta l-proġett tas-Siġġiewi-Żebbuġ junction: inqas konġestjoni, iktar sikurezza
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow