Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Inawgurat il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, it-Turkija

pr221743
Date Icon 15/12/2022

Matul il-jum tal-Erbgħa 14 ta' Diċembru 2022, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg inawgura l-Konsulat Ġenerali ta' Malta f'Istanbul, it-Turkija.

Fid-diskors tal-okkażjoni, il-Ministru Ian Borg sostna li huwa ta' unur għal pajjiżna li jkompli jsaħħaħ il-preżenza tiegħu f'din il-belt tant magħrufa. Ingħad kif fl-aħħar snin, permezz tal-konsulat, ġew assistiti numru ta' viżitaturi Maltin fit-Turkija u rnexxielhom jinħolqu relazzjonijiet ta' kummerċ b'saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin fakkar dwar l-irwol importanti li dan il-konsulat għandu, b'mod partikolari fejn tidħol ħidma konsulari bħal ċittadinanza, visas u passaporti. Huwa kompla jgħid kif permezz ta' dan il-konsulat, ta' pajjiż li huwa membru tal-Unjoni Ewropea, hemm potenzjal qawwi li tkun stabbilita aktar ħidma konġunta relatata man-negozju.

Il-Ministru Borg irringrazzja lill-Konslu Ġenerali Walter Mallia flimkien mal-Ambaxxatur ta' Malta għat-Turkija Theresa Cutajar tal-ħidma tagħhom f'dan il-pajjiż tant importanti.

L-Ambaxxatur ta' Malta għat-Turkija Theresa Cutajar u l-Konslu Ġenerali Walter Mallia sostnew li din l-inawgurazzjoni hija turija oħra tar-relazzjoni pożittivi li teżisti bejn pajjiżna u t-Turkija kif ukoll pass ieħor li potenzjalment ikompli jiftaħ aktar bibien għall-aktar opportunitajiet ġodda.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Inawgurat il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, it-Turkija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Inawgurat il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, it-Turkija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Inawgurat il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, it-Turkija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Inawgurat il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, it-Turkija
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow