Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata wirja ta’ 31 presepju f’Bergamo, l-Italja bit-titlu: Il-Presepju Malti - Arti, Fidi u Tradizzjoni

PR221736
Date Icon 14/12/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri inawgura l-wirja ta' presepji organizzata mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju - is-Sezzjoni ta' Għajnsielem, f'Bergamo, l-Italja, u li qed tittella' f'ambjent ta' pjazza tipika Għawdxija.

Xejn inqas minn 31 presepju, maħduma b'reqqa minn artisti Għawdxin u Maltin, huma għall-wiri f'din il-belt Taljana li għandha tradizzjoni sinjura marbuta mal-presepju tradizzjonali. L-esebiti jinkludu presepji, dijorama u skultura ispirati mill-pajsaġġ Għawdxi u Malti.

Fil-ftuħ tal-wirja il-Ministru Clint Camilleri qal li din l-esebizzjoni qed toffri pjattaforma għall-artisti li qed jipparteċipaw, kif ukoll ser isservi ta' vetrina biex il-pubbliku Taljan jesperjenza b'mod diferenti, iżda mill-viċin, l-ambjent Għawdxi ispirat mill-pjazez tal-irħula tagħna.

Il-Ministru Camilleri qal li kemm Għawdex kif ukoll l-Italja għandhom tradizzjonijiet tal-Milied simili u li jmorru lura mijiet ta' snin. Hu kompla jgħid li dawn it-tradizzjonijiet mhux biss għandhom jiġu preservati imma importanti li jingħaddu lill-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-Ministru għal Għawdex Camilleri temm jgħid li okkażjonijiet bħal dawn huma ta' importanza biex tikber ir-rabta li diġà hi b'saħħitha bejn Malta u l-Italja, u joffru lok ta' aktar opportunitajiet ta' kollaborazzjoni fil-futur.

Il-wirja tbierket mill-Mons. Anton Theuma, Isqof ta' Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata wirja ta’ 31 presepju f’Bergamo, l-Italja bit-titlu: Il-Presepju Malti - Arti, Fidi u Tradizzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata wirja ta’ 31 presepju f’Bergamo, l-Italja bit-titlu: Il-Presepju Malti - Arti, Fidi u Tradizzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata wirja ta’ 31 presepju f’Bergamo, l-Italja bit-titlu: Il-Presepju Malti - Arti, Fidi u Tradizzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata wirja ta’ 31 presepju f’Bergamo, l-Italja bit-titlu: Il-Presepju Malti - Arti, Fidi u Tradizzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow