Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-KABINETT Jum ir-Repubblika – Għoti ta’ Midalji u Unuri

pr221730
Date Icon 13/12/2022

Kull sena f'Jum ir-Repubblika, il-President ta' Malta, f'isem il-Gvern u l-poplu Malti, jagħti ġieħ pubbliku lil għadd ta' Maltin li jiddistingwu ruħhom f'oqsma differenti tal-ħajja b'ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu jew fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika, jew bl-għoti tal-Midalja għall-Qlubija u tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Malta tagħti ġieħ ukoll lil dawk il-persuni ta' nazzjonalità barranija li jkunu ddistingwew ruħhom f'oqsma differenti tal-ħajja, fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet internazzjonali jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-poplu tal-gżejjer Maltin.

Din is-sena, iċ-ċerimonja ta' investitura saret fil-Palazz, il-Belt Valletta, nhar it-Tlieta, 13 ta' Diċembru 2022, wara l-parata ċerimonjali f'Misraħ San Ġorġ. 

Matul iċ-ċerimonja ta' din is-sena, il-President ta' Malta George Vella ta ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu lil seba' persuni. Għaxar persuni oħra ngħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Dawn il-ħatriet saru bi proposta mill-Kumitat tan-Nomini mwaqqaf skont L-Att dwar Ġieh ir-Repubblika (Kap. 251) u fuq parir tal-Prim Ministru lill-President ta' Malta.

Link to Government Gazette: Gaz Government Gazette - 13th December.pdf

Bijografiji - MT.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow