Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Rigal bi Mħabba b’differenza: Dr Lydia Abela tilqa’ x-xewqa ta’ Jake Vella li jinġabru prodotti għall-annimali fl-Isptar Mater Dei

pr221727
Date Icon 12/12/2022

Ftit tal jiem ilu, mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, ħabbret għat-tielet sena konsekuttiva l-inizjattiva ‘Rigal bi Mħabba’. 

Din is-sena, l-inizjattiva qiegħda ssir b’differenza għaliex hija mifruxa madwar il-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex u mil-lum tħabbar li se jkunu qed jinġabru prodotti tal-ikel għall-annimali jew prodotti relatati oħra fid-daħla tal-Isptar Mater Dei.

Flimkien ma’ Jake Vella, Dr Abela qalet li x-xewqa ta’ Jake għal Rigal bi Mħabba ta’ din is-sena tirrifletti l-imħabba li għandhom il-Maltin u l-Għawdxin għall-annimali. 

“Fih dejjem ammirajt is-sens qawwi ta’ altruwiżmu u li jagħti vuċi lil min m’għandux. B'hekk inħeġġeġ lil kull min iżur l-Isptar Mater Dei f’dan iż-żmien ta’ festi biex iħalli prodotti tal-ikel tal-annimali jew prodotti oħra bil-għan li verament ikollna Rigal bi Mħabba b’differenza,” qalet Dr Abela.

Min-naħa tiegħu, Jake qal li għalkemm jinsab rikoverat l-isptar f’dawn iż-żmien ta’ festi, jinsab kuntent li llum ħabbar din l-inizjattiva flimkien ma’ Dr Lydia Abela u ħeġġeġ lil kulħadd jipparteċipa biex verament iferrħu lil kulħadd.

L-inizjattiva hija miftuħa sal-21 ta’ Diċembru. 

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Rigal bi Mħabba b’differenza: Dr Lydia Abela tilqa’ x-xewqa ta’ Jake Vella li jinġabru prodotti għall-annimali fl-Isptar Mater Dei
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Rigal bi Mħabba b’differenza: Dr Lydia Abela tilqa’ x-xewqa ta’ Jake Vella li jinġabru prodotti għall-annimali fl-Isptar Mater Dei
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow