Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iffirmat ftehim li se jwassal biex il-parkeġġ tal-iskola tal-Qawra jintuża mill-komunità

pr221724
Date Icon 12/12/2022

Ġie ffirmat ftehim li se jwassal biex il-komunità ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra tkun tista’ tagħmel użu mill-parkeġġ tal-Iskola Primarja tal-Qawra, Kulleġġ Maria Reġina. Permezz tal-ftehim, il-parkeġġ għadda f’idejn il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, li issa se jkun responsabbli mit-tħaddim tiegħu. Il-ftehim mhux se jaffettwa l-użu tal-parkeġġ mill-edukaturi u mill-amministrazzjoni tal-iskola u lanqas meta jkun hemm attivitajiet tal-massa organizzati mill-iskola.

“Dan il-ftehim huwa parti mill-ħidma tagħna li nqarrbu l-edukazzjoni mal-komunità u dan qed nagħmluh b’diversi mezzi. F’kull skola li qed nimmodernizzaw kif ukoll f’dawk li qed nibnu ġodda, fejn huwa possibbli qed niftħu l-faċilitajiet għall-użu tal-komunitajiet rispettivi. Nemmnu li l-ispazji tal-iskejjel għandhom ikunu disponibbli għall-komunità fil-ħin li dawn ma jkunux qed jintużaw għall-edukazzjoni ta’ uliedna”, qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

Huwa spjega li fost faċilitajiet li hemm disponibbli għall-użu tal-komunità hemm dawk sportivi, swali u spazji oħra. Anke l-parkeġġi tal-vetturi, bħalma qed isir permezz tal-ftehim li ġie ffirmat, il-ministeru qed jara li dawn ma jkunux spazji vojta fil-ħin li ma jkunux qed jintużaw.

Il-ftehim ikopri sitt snin u jiġġedded kull sena. Matul iż-żmien tal-ftehim, il-manutenzjoni tal-parkeġġ se tkun f’idejn il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, li matul il-perjodu se jagħmel ukoll donazzjoni li se tmur għal xiri ta’ riżorsi mill-iskola.

Is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar Alfred Grima rringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti fit-taħditiet li wasslu għal dan il-ftehim. “Dan il-ftehim se jwassal biex tittaffa l-problema ta’ nuqqas ta’ parkeġġ għall-komunità ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra u għalhekk il-kunsill huwa grat li ntlaqgħet it-talba tiegħu u li permezz tal-ftehim din il-komunità se tkun moqdija aħjar”, qal Alfred Grima.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iffirmat ftehim li se jwassal biex il-parkeġġ tal-iskola tal-Qawra jintuża mill-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iffirmat ftehim li se jwassal biex il-parkeġġ tal-iskola tal-Qawra jintuża mill-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow