Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: “Kulħadd għandu kontribut x’jagħti” – il-President waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Soċjetà Ġusta 2022

pr221718
Date Icon 10/12/2022

“Kull persuna ċkejkna jew anzjana, b’diżabilità li tidher jew moħbija, għandha d-dritt ta’ ħajja dinjituża u bl-iktar mod indipendenti possibbli. Ħadd ma hu għar-rimi f’pajjiżna u kulħadd għandu kontribut x’jagħti. Nappella lill-poplu kollu biex iżomm dan f’moħħu u f’qalbu kull meta jkollu x’jaqsam ma’ persuni b’diżabilità,” qal il-President ta’ Malta, George Vella, waqt iċ-ċerimonja Premju Soċjetà Ġusta 2022, organizzata mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.

Il-Premju Soċjetà Ġusta jiċċelebra u jirrikonoxxi l-ħidma, l-impenn u d-dedikazzjoni ta’ diversi individwi fis-settur tad-diżabilità. Il-President ħeġġeġ lir-rebbieħa u n-nominati kollha biex ikomplu b’din il-vokazzjoni li jkunu ta’ servizz għall-persuni b’diżabilità biex tassew iħossuhom parti integrali mis-soċjetà. 

Il-President Vella qal li waqt li Malta qed timxi b’mod effettiv fl-Istrateġija Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u fl-obbligi internazzjonali relatati mal-ugwaljanza, radd ħajr lill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u lill-Aġenzija Sapport għall-ħidma tagħhom u ħeġġeġ għall-kollaborazzjoni għat-twettiq tal-istrateġiji fil-ħajja ta’ kuljum.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli, qalet li hi kommessa li s-sena d-dieħla tkompli tkun waħda ta’ riformi għas-settur tad-diżabilità. Hija ħabbret li sal-ewwel nofs tas-sena li ġejja se tkun imnedija konsultazzjoni pubblika fuq żewġ liġijiet importanti - L-Abbozz ta’ Liġi li jipproteġi lil Adulti f’Sitwazzjonijiet ta’ Vulnerabbiltà u l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Awtonomija Personali.

Il-Ministru Farrugia Portelli spjegat li ż-żewġ abbozzi se jassiguraw li l-persuni b’diżabilità jkunu iktar protetti u siguri f’Malta u barra l-pajjiż kif ukoll se jingħataw garanzija li jgħixu ħajja iktar indipendenti.

Il-Premju Soċjetà Ġusta ntrebaħ mill-Kumitat Paralimpiku ta’ Malta li hu responsabbli mill-iżvilupp u l-promozzjoni tal-parasports f’Malta u Għawdex u fl-aħħar snin ħadem biex tiżdied il-parteċipazzjoni fil-parasport u jikkollabora ma’ diversi assoċjazzjonijiet sportivi nazzjonali, klabbs sportivi, coaches, NGOs u partijiet interessati oħra fid-diżabilità, l-isport u l-edukazzjoni. Il-Kumitat Paralimpiku Malti għandu madwar 50 paraatleta attiv bil-maġġoranza jkunu taħt is-16-il sena. Barra minn hekk, dan l-aħħar l-organizzazzjoni daħlet fil-parasport għall-għomja u neqsin mid-dawl.

Ir-rebbieħa tar-rikonoxximent speċjali u l-unuri l-oħrajn huma:

Gilmour Borg - Premju għall-Ħidma fit-Tisħiħ tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità

Villa Bianca, The Malta Trust Foundation - Premju Parteċipazzjoni Attiva fl-Arti u l-Kultura

Siġġiewi Rowing Club - Premju Parteċipazzjoni Attiva fl-Isport

Dr Claire Azzopardi Lane - Premju għall-Kisba tul il-Ħajja fis-settur tad-Diżabilità

PRISMS Malta - Premju lill-Għaqda Volontarja għal ħidma għat-tisħiħ tal-inklużjoni

The Estates Facilities & Capital Development Directorate, l-Università ta’ Malta - Premju għall-iktar post tax-xogħol li jopera b’mod inklussiv

Special Olympics Malta - Rikonoxximent speċjali għal ħidma fis-settur tad-diżabilità

Kumitat Paralimpiku ta’ Malta - Premju Soċjetà Ġusta

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: “Kulħadd għandu kontribut x’jagħti” – il-President waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Soċjetà Ġusta 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: “Kulħadd għandu kontribut x’jagħti” – il-President waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Soċjetà Ġusta 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: “Kulħadd għandu kontribut x’jagħti” – il-President waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Soċjetà Ġusta 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: “Kulħadd għandu kontribut x’jagħti” – il-President waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Soċjetà Ġusta 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: “Kulħadd għandu kontribut x’jagħti” – il-President waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Soċjetà Ġusta 2022
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow