Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

pr221714
Date Icon 09/12/2022

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ltaqa' mal-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Stella Kyriakides fil-marġini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għas-Saħħa. Matul din il-laqgħa kienet diskussa kif se jkun assigurat aċċess kontinwu għall-mediċini madwar l-Unjoni Ewopea, irrispettivament mid-daqs tas-suq.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne saħaq li l-ostakli eżistenti li qed ifixxklu l-aċċess għall-mediċini f'ċertu Membri Stati tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu indirizzati mingħajr dewmien, inkluż dawk l-ostakli kkawżati minħabba l-lingwi differenti fl-Unjoni Ewropea. 

Matul il-Kunsill għas-Saħħa, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne tkellem dwar l-importanza tal-akkwist konġunt tal-vaċċin tal-Covid-19, li permezz tiegħu kienu salvati eluf ta' persuni. Chris Fearne qal li bħala ministri għas-saħħa, il-prijorità għandha tkun li ċ-ċittadini tagħna jkollhom l-aqwa kura. Għalhekk huwa importanti li tkun esplorata l-possibilità li l-akkwist konġunt ikun imwessa' biex jinkludu mediċini tal-kanċer u dawk ta' mard rari. 

Il-Kunsill iddiskuta wkoll l-estensjoni tal-iskadenza għall-implimentazzjoni tar-Regolament għall-Apparat Mediku. Hawnhekk id-deputat prim ministru saħaq li din l-estensjoni trid tkun komuni għall-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow