STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA
Il-Ministeru għall-Anzjanita’ Attiva jinnota b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Qorti li tilqa’ l-mandat ta’ inibizzjoni kontra d-direttiva tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, li kienet qed timblokka d-dħul ta’ pazjenti f’San Vinċenz de Paul u fi djar oħra tal-Gvern.
Din id-direttiva kienet qed tfixkel il-provvediment ta’ servizzi essenzjali lill-anzjani bir-riżultat li kienet se toħloq problemi kbar anke fis-sistema tas-saħħa f'pajjiżna.
“Il-kura tal-anzjani hija servizz essenzjali li qatt m’għandu jkun preġudikat. Din hija deċiżjoni favur l-anjzani ta’ pajjiżna”, saħaq il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela hu u jaċċenna li jibqa’ dejjem dispost għal djalogu li fih jitħarsu l-interessi tal-partijiet involuti kollha marbuta mal-qasam tal-anzjani.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946