STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jiltaqa’ ma’ persuni b’diżabilità li jattendu fiċ-ċentri ta’ Aġenzija Sapport
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia rċieva żjara minn 14-il-persuna b'diżabilità li jattendu ċ-ċentri ta' Aġenzija Sapport.
Matul iż-żjara, l-Ispeaker sema' lil dawn iż-żgħażagħ li qasmu l-esperjenzi tagħhom kif ukoll infurmawh dwar l-abbiltajiet tagħhom, fost dawn persuna li ħadet sehem fl-Ispecial Olympics. Oħrajn ressqu l-problemi tagħhom, fosthom dwar xogħol li jixtiequ jwettqu.
L-Ispeaker irringrazzja lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u lill-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Sapport Oliver Scicluna li taw l-opportunità lil dawn il-persuni b'diżabilità jiltaqgħu u juru l-kapaċitajiet tagħhom lill-membri parlamentari li aktar tard qassmulhom ornament maħdum minnhom.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946