Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Jiltaqa’ għall-ewwel darba l-Kunsill tal-iGaming

pr221686
Date Icon 05/12/2022

Fil-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet, illum ltaqa’ għall-ewwel darba l-iGaming Council. L-għan ta’ dan il-kunsill huwa li jiġu identifikati  l-isfidi ta’ dan is-settur u jiġu diskussi l-azzjonijiet biex dawn l-isfidi jiġu megħluba.

Il-Kunsill, li se jibda jiltaqa’ kull xahrejn, huwa magħmul mill-kumpaniji ewlenin tal-iGaming f’pajjiżna, flimkien ma’ Gaming Malta, l-Awtorità Maltija għal-Logħob, u mmexxija mill-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet, Silvio Schembri.

“Dan il-kunsill ikompli jikkonferma l-viżjoni ta’ dan il-Gvern, li jkompli jkabbar l-ekosistema tal-industrija tal-iGaming f’pajjiżna. Anke minn stħarriġ riċenti jidher li fis-snin li ġej l-gaming se jkun wieħed mis-setturi li se jkompli jikber. U l-għan ta’ dan il-Kunsill huwa li jara li l-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżna f’dan is-settur tibqa’ waħda attraenti, kif ukoll inkomplu nkabbru s-settur għaliex nemmnu li dan is-settur għandu fejn jimraħ aktar,” qal il-Ministru Silvio Schembri.

Dan il-Kunsill se jkun qiegħed jgħin ukoll sabiex, grazzi għall-esperjenza u l-kuntatti ta' dawn il-kumpaniji fuq livell internazzjonali, inkomplu nkabbru industriji ġodda oħra bħalma huma l-videogame development, l-esports u attivitajiet fuq blockchain. 

“Dan huwa l-mod miftuħ li mexxu bih, komunikazzjoni diretta mal-industrija biex b’hekk inkunu nistgħu niddiskutu l-isfidi u flimkien insibu s-soluzzjonijiet għalihom. Biex dan il-kunsill jaħdem għandna bżonn lilkhom fis-settur. Huwa biss jekk naħdmu id f’id li nirnexxu,” kkonkluda l-Ministru Schembri.

Min-naħa tiegħu, Ivan Filetti, Kap Eżekuttiv ta’ Gaming Malta, qal li dan il-kunsill se jkun għodda siewja ta’ komunikazzjoni bejn l-industrija u l-leġislatur u huwa mod kif iħarsu ’l quddiem biex l-ekosistema sħiħa f’dan is-settur tkompli tiffjorixxi.  

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Jiltaqa’ għall-ewwel darba l-Kunsill tal-iGaming
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Jiltaqa’ għall-ewwel darba l-Kunsill tal-iGaming
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Jiltaqa’ għall-ewwel darba l-Kunsill tal-iGaming
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow