Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru Camilleri jattendi għall-konferenza tal-MED f'Ruma fejn ġie diskuss l-bżonn ta’ aktar koperazzjoni, speċjalment fid-dawl ta’ żidiet fil-prezzijiet tal-ikel u l-fuel

pr221684
Date Icon 05/12/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri attenda u indirizza t-8 edizzjoni tal-konferenza MED - Mediterranean Dialogues li saret f’Ruma.

Waqt din il-konferenza, il-Ministru Camilleri sostna l-pożizzjoni ta’ Malta fuq għadd ta’ temi kurrenti, fosthom iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel u l-fuel, u l-impatt tal-immigrazzjoni irregolari fil-Mediterran.

Huwa stqarr li fid-dawl taċ-ċirkustanzi preżenti, bil-Gwerra fl-Ukrajna qed naraw żieda kbira fil-prezz tal-ikel kif ukoll tal-fuel. Għaldaqstant, kien hemm diskussjoni kif dan kollu qed jaffettwa lill-pajjiżi tal-Mediterran u x’jista’ jsir sabiex is-sitwazzjoni tkun mitigata. 

Waqt l-istess konferenza ġiet diskussa wkoll il-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari. Hawnhekk il-Ministru Camilleri qal li “għamilna l-pożizzjoni tagħna ċara li d-daqs tal-pajjiż ma jippermettix li pajjiżna jġorr il-piż kollu. Għaldaqstant, għandu jkun hemm formula adegwata li tobbliga wkoll lill-membri stati l-oħra sabiex iġorru parti mill-piż b’mod proporzjonat, sabiex fl-aħħar mill-aħħar bħala blokk Ewropew u bħala Malta li tinsab fil-fruntiera tan-naħa t’isfel tal-Ewropa jkun hemm fair sharing ta’ dan l-istess piż.”

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li l-Gvern Malti jħares ’il quddiem għal aktar ħidma sabiex jissalvagwardja kemm l-interessi Ewropej kif ukoll b’mod aktar partikolari l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru Camilleri jattendi għall-konferenza tal-MED f'Ruma fejn ġie diskuss l-bżonn ta’ aktar koperazzjoni, speċjalment fid-dawl ta’ żidiet fil-prezzijiet tal-ikel u l-fuel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru Camilleri jattendi għall-konferenza tal-MED f'Ruma fejn ġie diskuss l-bżonn ta’ aktar koperazzjoni, speċjalment fid-dawl ta’ żidiet fil-prezzijiet tal-ikel u l-fuel
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow