AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, kif ukoll iktar tard mingħand l-Awtorita` Kompetenti tal-Ingilterra, l-imsemmijin prodotti m’għandomx jiġu kkunsmati minħabba li potenzjalment jista jkun hemm ġo fihom żibeġ żgħar (2-3mm) ta’ ‘food grade silica’.
| Deskrizzjoni tal-prodotti: | Trab għal xarbiet taċ-ċikkulata |
| Isem tal-prodotti: | Nestlé Aero Hot Choc (kontenitur tal-plastik ta' 288g) Nestlé Aero Hot Choc (qratas ta' 24g) Nestlé Aero Go Instant Hot Choc cups (tazza ta' 28g) |
| Dati tad-durabbiltà: | Id-dati kollha sal-aħħar ta' Novembru 2023 (BBE 11/2023) |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946