Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Il-Ministru Julia Farrugia Portelli żżur lill-voluntiera tal-Malta Red Cross fil-Jum Internazzjonali tal-Voluntiera

pr221681
Date Icon 05/12/2022

Fis-37 sena minn meta l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għażlet l-5 ta’ Diċembru bħala l-jum dedikat lill-voluntiera kollha, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli żaret lill-għaqda volontarja Malta Red Cross u lill-voluntiera li jaħdmu fi ħdanha. 

Fil-messaġġ tagħha, il-Ministru rringrazzjat lill-1,780 għaqda volontarja f’pajjiżna u lill-10,000 voluntier li joffru l-ħin u l-ħiliet tagħhom b’altruwiżmu għall-proxxmu kif ukoll b’sens ta’ dover għall-komunità. 

Hija faħħret ix-xogħol nobbli li twettaq ir-Red Cross Malta fuq l-art kif ukoll fil-bajjiet Maltin u Għawdxin. 

Matul iż-żjara l-Ministru kellha l-opportunità li tara numru ta’ proġetti li saru permezz tal-fondi maħruġin mill-iskema VOPS. Permezz ta’ dawn il-fondi, l-għaqda volontarja għamlet numru ta’ proġetti li ħaddnu l-inklużjoni u s-solidarjetà, b’din tal-aħħar tkun it-tema magħżula għal din is-sena għal dan il-jum. 

Wieħed mill-proġetti li Red Cross Malta se tkun qed tibda huwa korsijiet tal-ewwel għajnuna għal persuni b'diżabilità u persuni b'nuqqas ta' smigħ. Dan il-proġett se jkun qiegħed isir b’investiment ta’ €20,000 mill-iskema VOPS. 

Il-missjoni tal-għaqda volontarja Malta Red Cross hija li tipprevjeni t-tbatijiet tal-persuni l-aktar vulnerabbli u tara li dawn ikunu ssalvagwardjati. 

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli kienet akkumpanjata mill-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji Jesmond Saliba u mal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju Mauro Pace Parascandolo. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Il-Ministru Julia Farrugia Portelli żżur lill-voluntiera tal-Malta Red Cross fil-Jum Internazzjonali tal-Voluntiera
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Il-Ministru Julia Farrugia Portelli żżur lill-voluntiera tal-Malta Red Cross fil-Jum Internazzjonali tal-Voluntiera
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Il-Ministru Julia Farrugia Portelli żżur lill-voluntiera tal-Malta Red Cross fil-Jum Internazzjonali tal-Voluntiera
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow