Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: “Il-qafas regolatorju Malti tal-assi finanzjarji huwa ta’ eżempju għal pajjiżi oħra” – il-general manager ta’ Crypto.com

pr221677
Date Icon 04/12/2022

Mariana Gospodinova, il-General Manager ta’ Crypto.com, li tmexxi fergħa minn din il-kumpanija internazzjonali ewlenija f’Malta, qalet li l-qafas regolatorju Malti, li jirregola l-Assi Finanzjarji Virtwali (VFAs), introdotta fl-2018, għenet lil kumpaniji bħal Crypto.com biex jaħdmu u joffru s-servizzi tagħhom lill-klijenti bl-aktar mod sigur u li jipproteġu lill-konsumatur. 

Mariana Gospodinova qalet li l-liġi Maltija qed isservi ta’ eżempju għal pajjiżi oħra. “Malta rnexxielha tagħmel liġi tajba ħafna u dan jidher hekk kif il-qafas regolatorju fejn jidħol dan is-settur li qed taħdem fuqu l-Kummissjoni Ewropea, jixbah sew lil dak Malti”. Il-general manager ta’ Crypto.com qalet dan waqt żjara mill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, Silvio Schembri, lill-kumpanija li tmexxi f’San Ġiljan. Crypto.com, kumpanija bbażata f’Singapore, hija waħda mill-kumpaniji internazzjonali li qed tikber f’dan is-settur. F’Novembru ta’ din is-sena, din il-kumpanija rrappurtat li għandha 70 miljun klijent u ’l fuq minn 4,000 impjegat. Crypto.com hija wkoll wieħed mill-isponsors ewlenin tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar.

“Fl-2018, il-Gvern Malti fassal qafas regolatorju, b’hekk kumpaniji bħal crypto.com urew is-sodisfazzjon tagħhom li pajjiż Ewropew ħoloq ġurisdizzjoni innovattiva li tgħin lil kumpaniji jaħdmu f’dan is-settur”, kompliet Mariana Gospodinova. B’riżultat ta’ dan, Crypto.com fetħet fergħa f’Malta fl-2019 u applikat għal-liċenzja bħala kumpanija tal-VFA fl-2021. Hija żiedet tgħid li meta wieħed janalizza r-Regolamentazzjoni tas-swieq tal-crypto (MiCA), li qed taħdem fuqha l-Kummissjoni Ewropea, tinduna li ħafna mill-kundizzjonijiet applikabbli diġà jeżistu fil-liġi Maltija. “Qed inħarsu ’l quddiem biex inkomplu nespandu l-liċenzja tagħna permezz ta’ MiCA”, qalet Mariana Gospodinova.

Il-Ministru Silvio Schembri qal li l-qafas regolatorju tal-VFA f’pajjiżna, li ġie introdott sew qabel pajjiżi oħra, għen biex kumpaniji bħal Crypto.com jaħdmu f’pajjiżna u dan kollu qed iwassal biex diversi pajjiżi jibdew jimxu fuq il-passi ta’ pajjiżna. Huwa żied jgħid li fid-dawl ta’ falliment ta’ kumpanija internazzjonali tal-crypto fil-Bahamas, juri aktar biċ-ċar kemm Malta kienet fid-direzzjoni t-tajba meta ħadmet fuq il-qafas regolatorju erba’ snin ilu u b’hekk ġew imħarsa l-interessi tal-konsumaturi u tan-negozji.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: “Il-qafas regolatorju Malti tal-assi finanzjarji huwa ta’ eżempju għal pajjiżi oħra” – il-general manager ta’ Crypto.com
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: “Il-qafas regolatorju Malti tal-assi finanzjarji huwa ta’ eżempju għal pajjiżi oħra” – il-general manager ta’ Crypto.com
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: “Il-qafas regolatorju Malti tal-assi finanzjarji huwa ta’ eżempju għal pajjiżi oħra” – il-general manager ta’ Crypto.com
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: “Il-qafas regolatorju Malti tal-assi finanzjarji huwa ta’ eżempju għal pajjiżi oħra” – il-general manager ta’ Crypto.com
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow