Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jippresedi l-Malta Engineering Excellence Awards 2022

pr221676
Date Icon 03/12/2022

Matul il-21 edizzjoni tal-Malta Engineering Excellence Awards, li saru fil-Palazz ta' Sant'Anton, il-President ta' Malta George Vella sellem il-memorja ta' Miguel Borg, li minkejja sfidi kbar marbuta mas-saħħa gradwa fl-inġinerija mekkanika mill-Università ta' Malta. “Bid-determinazzjoni u l-kuraġġ tiegħu li jegħleb kull sfida u jagħmel realtà l-ħolma tiegħu li jsir inġinier ikkwalifikat, Miguel jibqa' ta' ispirazzjoni għalina lkoll", qal il-President Vella.

Filwaqt li feraħ lil dawk kollha li ġew rikonoxxuti għall-ħidma distinta tagħhom fl-oqsma tal-inġinerija rispettivi tagħhom, il-President ta' Malta rringrazzja lill-Kamra tal-Inġiniera għall-impenn assolut li tkun fuq quddiem nett fil-promozzjoni tal-ogħla standards professjonali u etiċi fil-professjoni tal-inġinerija f'Malta. Innota b'sodisfazzjon li l-inġiniera żgħażagħ jinsabu fuq quddiem fit-tressiq ta' ideat u soluzzjonijiet innovattivi għal ambjent aktar sostenibbli. Il-President qal li l-premjijiet mhumiex biss ċelebrazzjoni tal-ħidma u s-suċċessi ta' dawk li rċevew rikonoxximent, iżda wkoll vot qawwi ta' fiduċja fiċ-ċentralità li jitressqu u jiġu promossi l-benefiċċji ta' qasam multidixxiplinarju bħall-inġinerija fl-istituzzjonijiet tagħna tal-edukazzjoni terzjarja.

Il-President Vella faħħar il-ġestjoni tal-Kamra tal-Inġiniera ta' Malta, li ilha mill-1978 tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta' klassi professjonali u diversa tal-inġinerija f'Malta. “Żieda fin-nisa li daħlu f'korsijiet tal-inġinerija fl-Università ta' Malta jew fl-MCAST, u li aktar tard kisbu impjieg ta' suċċess f'oqsma differenti tal-inġinerija tikkomplementa l-isforzi ta' pajjiżna fil-ġlieda kontra d-differenza bejn il-ġeneri", qal il-President filwaqt li osserva b'sodisfazzjon li l-Inġinier Michelle Cortis saret l-ewwel inġinier Malti li ġiet eletta għall-Bord Eżekuttiv tal-Fédération Européenne d'Associations Nationales d'Ingénieurs (FEANI). Il-President Vella nnota wkoll li erba' inġiniera ġew eletti fil-Parlament Malti, u dan ikompli jikkomplementa l-ħidma tal-membri l-oħra tal-Parlament li ġejjin minn oqsma professjonali differenti.

Ir-rebbieħa huma:

Premju għall-Eċċellenza Industrijali 2022: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Premju Maurice Debono għall-Kisba Tul il-Ħajja 2022: Prof. Inġ. Paul Vassallo

Premju għas-Sostenibbiltà fl-Enerġija u fl-Ilma 2022: BAXTER Malta

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jippresedi l-Malta Engineering Excellence Awards 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jippresedi l-Malta Engineering Excellence Awards 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jippresedi l-Malta Engineering Excellence Awards 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jippresedi l-Malta Engineering Excellence Awards 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jippresedi l-Malta Engineering Excellence Awards 2022
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow