STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA
pr221670
02/12/2022
Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva jinnota d-deċiżjoni tal-Qorti li tilqa' proviżorjament rikors li daħħal il-ministeru biex jitwaqqfu d-direttivi li jattakkaw lill-anzjani b'mod dirett, imposti minn Awwissu li għadda mill-Union għall-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN.
Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela saħaq li r-rikors iddaħħal sabiex l-anzjani tagħna ma jibqgħux pedina fin-nofs u milquta minn direttivi li qed iwasslu għal tbatija bla bżonn lill-istess anzjani.
Il-ministru saħaq li ma nistgħux nibqgħu naċċettaw arroganza li tneżża' lill-anzjani mid-dinjità tagħhom filwaqt li aċċenna li jibqa' dispost għal djalogu madwar il-mejda biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' interess komuni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946