Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

PR221669
Date Icon 02/12/2022

Il-Ministeru għal Għawdex jinnota li fil-konklużjoni tar-Rapport ta' Verifika ta' Prestazzjoni: Care for the Elderly in Gozo, l-Awditur Ġenerali kkonkluda li b'mod ġenerali m'hemm l-ebda dubju li l-flus pubbliċi minfuqin mill-Ministeru għal Għawdex ikkontribwew b'mod pożittiv għall-anzjani li qed jgħixu fil-komunità jew f'dar residenzjali f'Għawdex. Kompla jgħid li dan ifisser li l-Ministeru għal Għawdex għamel il-pedamenti biex jespandi u jtejjeb il-kwalità tas-servizzi komunitarji u residenzjali għall-popolazzjoni li dejjem qed issir aktar anzjana, kemm biex iwessa' l-ambitu tas-servizzi kif ukoll biex itejjeb il-kwalità tagħhom.

Dan juri biċ-ċar li l-Ministeru għal Għawdex ħadem u qed jaħdem sabiex itejjeb il-kura għall-anzjani kemm fil-komunità kif ukoll fid-djar residenzjali.

L-Oppożizzjoni qed tikkritika parti żgħira mis-servizz tal-Home Help li qiegħed jingħata mill-Inspire, NGO li tagħmel bosta ġid ma' persuni b'diżabilità kif ukoll is-servizz fl-istess operat tal-Home Help.

Jekk għall-Oppożizzjoni din il-parti tas-servizz tal-Home Help hija ħażin, ifisser li qed tipponta subgħajha lejha nnifisha għaliex dan is-servizz ilu jingħata minn żmien Gvern Nazzjonalista, mis-sena 2001.

Filwaqt li l-gvern preżenti ma ħassx li għandu jwaqqaf dan is-servizz, il-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jkompli jtejjeb l-operat tad-dipartiment responsabbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow