Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Titnieda l-kampanja MPs for Puttinu

pr221661
Date Icon 01/12/2022

“Ma nistax ma nipparteċippax bi sħiħ mal-Whips tal-Kamra tad-Deputati, li ħarġu b'dan l-għan tant nobbli. Ma nistax ma nikkuraġġix lill-Membri Parlamentari sabiex jipparteċċipaw bi sħiħ għal dan l-għan tant nobbli, u nħossni onorat li l-Whips rispettivi taż-żewġt naħat tal-Kamra ngħaqdu hawn illum sabiex nniedu dan il-ħsieb li ġej mill-qalb",  tenna l-Ispeaker meta dalgħodu tnediet il-kampanja MPs for Puttinu.

L-Ispeaker hawn sellem il-memorja tal-ex-Membru Parlamentari Robert Arrigo li kien hu li xpruna dan il-ħsieb. Hu kompla billi qal illi dawn l-entitajiet bis-sostenn tagħna, b'ta kull wieħed minnha, qed jaraw li jipprovaw jagħtu ħajja aħjar lil dawk fil-bżonn, partikolarment lil dawk l-aktar vulnerabbli.

L-Ispeaker temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil Membri Parlamentari li flimkien mal-Malta Futsal Association u mal-Malta Volleyball Association, organizzaw MPs for Puttinu.

Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mill-Whip tal-Gvern Andy Ellul MP u mill-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar MP, fejn appellaw bi sħih sabiex il-poplu Malti jkompli juri l-ġenerożità tiegħu kif dejjem għamel, sabiex ngħinu lill-Puttinu f'din il-ħidma kontinwa, fl-interess ta' dawk li għandhom bżonn l-għajnuna fl-aktar mumenti diffiċli għalihom.

Preżenti għall-konferenza kien hemm il-membri tal-Malta Futsal Association, membri tal-Volleyball Association, membri ta' Puttinu kif ukoll is-Sinjura Arrigo.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Titnieda l-kampanja MPs for Puttinu
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Titnieda l-kampanja MPs for Puttinu
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Titnieda l-kampanja MPs for Puttinu
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Titnieda l-kampanja MPs for Puttinu
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Titnieda l-kampanja MPs for Puttinu
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow