STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Titnieda l-kampanja MPs for Puttinu
“Ma nistax ma nipparteċippax bi sħiħ mal-Whips tal-Kamra tad-Deputati, li ħarġu b'dan l-għan tant nobbli. Ma nistax ma nikkuraġġix lill-Membri Parlamentari sabiex jipparteċċipaw bi sħiħ għal dan l-għan tant nobbli, u nħossni onorat li l-Whips rispettivi taż-żewġt naħat tal-Kamra ngħaqdu hawn illum sabiex nniedu dan il-ħsieb li ġej mill-qalb", tenna l-Ispeaker meta dalgħodu tnediet il-kampanja MPs for Puttinu.
L-Ispeaker hawn sellem il-memorja tal-ex-Membru Parlamentari Robert Arrigo li kien hu li xpruna dan il-ħsieb. Hu kompla billi qal illi dawn l-entitajiet bis-sostenn tagħna, b'ta kull wieħed minnha, qed jaraw li jipprovaw jagħtu ħajja aħjar lil dawk fil-bżonn, partikolarment lil dawk l-aktar vulnerabbli.
L-Ispeaker temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil Membri Parlamentari li flimkien mal-Malta Futsal Association u mal-Malta Volleyball Association, organizzaw MPs for Puttinu.
Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mill-Whip tal-Gvern Andy Ellul MP u mill-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar MP, fejn appellaw bi sħih sabiex il-poplu Malti jkompli juri l-ġenerożità tiegħu kif dejjem għamel, sabiex ngħinu lill-Puttinu f'din il-ħidma kontinwa, fl-interess ta' dawk li għandhom bżonn l-għajnuna fl-aktar mumenti diffiċli għalihom.
Preżenti għall-konferenza kien hemm il-membri tal-Malta Futsal Association, membri tal-Volleyball Association, membri ta' Puttinu kif ukoll is-Sinjura Arrigo.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946