Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI

pr221651
Date Icon 29/11/2022

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali bħalissa jinsab fi proċess avvanzat biex jagħmel l-akkwist tal-ewwel grupp ta' proprjetajiet privati li bħalissa huma mikrija jew użati minn każini tal-banda li jinsabu taħt theddida ta' żgumbrament.

Dawn il-proprjetajiet se jkunu qed jaqgħu taħt il-kappa tal-Kunsill Malti għall-Arti, li se jkun qed iwaqqaf taqsima li tassigura li l-interessi tal-każini tal-banda, kif ukoll dawk tal-gvern, ikunu salvagwardjati għas-snin li ġejjin. Din it-taqsima se tkun qed titmexxa mis-Sur James Pearsall, li għandu esperjenza vasta f'diversi rwoli matul is-snin.

Se jkunu qed jiġu osservati l-kundizzjonijiet hekk kif miftiehma fil-kuntratti ta' xiri u fil-kuntratti back-to-back mal-każini tal-banda. Din l-inizjattiva ttieħdet biex jibqgħu appoġġjati l-każini tal-banda biex jissalvagwardjaw il-kultura fil-komunitajiet ta' pajjiżna.

L-għan ta' din it-taqsima se tkun ukoll li toħloq pjattaforma għal aktar djalogu bejn il-każini tal-banda inkwistjoni u stakeholders differenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow