Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurata binja ġdida oħra ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħ’Attard

PR221648
Date Icon 29/11/2022

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura binja ġdida oħra ta' akkomodazzjoni soċjali, din id-darba fil-lokalità ta' Ħ'Attard, li tagħmel parti minn wieħed mill-akbar proġetti ta' natura soċjali.

F'din il-binja se jkunu qegħdin jidħlu tmien familji oħra wara li dawn ukoll għaddew mill-proċess tal-applikazzjoni u verifiki u skont l-istrateġija ta' allokazzjoni.

Il-ministru qal li llum il-ġurnata, permezz ta' din l-istrateġija ta' allokazzjoni, mhux biss qed jassiguraw li f'dawn id-djar jidħlu persuni u familji li jinsabu fil-bżonn minħabba ċirkostanzi u sfidi partikolari li ffaċċjaw, imma wkoll li dawn id-djar dejjem se jibqgħu f'idejn l-istat; biex min ikun jeħtieġ l-għajnuna jsib kemm għandu bżonn sakemm għandu bżonn.

Il-Ministru Galdes ikkonkluda billi qal li, “Illum mhux qed nimmarkaw it-twaqqif tal-ġebel, imma aktar importanti għalina, qed nimmarkaw ċans lill-familji fil-bżonn li jwittu l-futur tagħhom fl-istabbiltà."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurata binja ġdida oħra ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħ’Attard
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurata binja ġdida oħra ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħ’Attard
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurata binja ġdida oħra ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħ’Attard
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurata binja ġdida oħra ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħ’Attard
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow