Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Il-Gvern Malti se jkompli jgħin lil aktar negozji jimirħu fil-pajjiżi tal-Golf”- Il-Ministru Ian Borg

PR221647
Date Icon 29/11/2022

“Għandna r-rieda u l-ħeġġa li ngħinu lin-negozji tagħna sabiex ikomplu jikbru u jimirħu f'pajjiżi oħra barra minn xtutna partikolarment fir-reġjun importanti tal-Golf." Saħaq dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt li kien qed jindirizza seminar organizzat minn Trade Malta dwar l-opportunitajiet ta' negozju fl-Emirati Għarab Magħquda u l-madwar.

Il-Ministru Ian Borg stqarr illi fl-aħħar xhur bħala Ministru responsabbli mill-Kummerċ Internazzjonali, kellu l-opportunità li jżur l-Emirati Għarab Magħquda, l-Arabja Sawdija u fiż-żmien li ġej anke l-Qatar sabiex ikun hemm aktar diskussjonijiet mal-Awtoritajiet konċernati biex jinfetħu aktar bibien ta' opportunitajiet għal negozji Maltin u Għawdxin.

Il-Ministru tenna kif dan ir-reġjun għaddej minn perjodu ta' tkabbir ekonomiku qawwi u huwa wieħed mill-aktar postijiet li qed jattira negozji innovattivi. Huwa kompla jgħid kif fid-diskussjonijiet li kellu fl-aħħar xhur huma bosta l-pajjiżi li għandhom l-għan li jkomplu jkabbru r-relazzjonijiet kummerċjali ma' pajjiżna għax jemmnu fil-potenzjal li għandna bħala pajjiż bħala pont bejn żewġ kontinenti essenzjali.

Il-Ministru Ian Borg ippreseda wkoll fuq żewġ ftehimiet li saru permezz ta' Trade Malta li se jkunu qed ikomplu jgħinu fl-operat tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Il-Gvern Malti se jkompli jgħin lil aktar negozji jimirħu fil-pajjiżi tal-Golf”- Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Il-Gvern Malti se jkompli jgħin lil aktar negozji jimirħu fil-pajjiżi tal-Golf”- Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Il-Gvern Malti se jkompli jgħin lil aktar negozji jimirħu fil-pajjiżi tal-Golf”- Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Il-Gvern Malti se jkompli jgħin lil aktar negozji jimirħu fil-pajjiżi tal-Golf”- Il-Ministru Ian Borg
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow