Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Investiment ta’ aktar minn €31 miljun fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura minn fondi Ewropej

PR221646
Date Icon 29/11/2022

Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura għal Malta għas-snin 2021-2027.

Bl-allokazzjoni li ħadet Malta u bil-kontribuzzjoni nazzjonali, pajjiżna se jkun qiegħed jinvesti €31.1 miljun fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, settur li huwa riżors importanti għal pajjiżna.

Dawn il-fondi se jiġu investiti biex Malta timplimenta azzjonijiet li jindirizzaw it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità. Se jingħata taħriġ professjonali lis-sajjieda, se jitwettaq investiment infrastrutturali fil-portijiet tas-sajd u għandha ssir riċerka u kampanja biex tiġi mħarsa l-bijodiversità.

Il-Ministru  għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri qal li dawn huma fondi għal settur importanti fl-ekonomija ta' pajjiżna. “Sa mill-bidu tal-istorja tagħna, is-sajd kien dejjem industrija importanti u fond ta' għajxien għal pajjiżna; permezz ta' dawn il-fondi se nkunu qed naraw li jkollna proġetti li jgħinu biex dan il-qasam ikun aktar sostenibbli," qal il-Ministru Schembri.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett laqa' l-approvazzjoni ta' programm operattiv ieħor mill-Kummissjoni Ewropea li se jgħin lil Malta tinvesti aktar fis-sajjieda u f'dan is-settur. “Malta issa impenjata li twettaq b'suċċess l-implimentazzjoni ta' dan il-programm sabiex b'dawn il-fondi nkomplu nibnu fuq id-diversi azzjonijiet li ġew implimentati mill-programm 2014-2020, għaldaqstant kommessi li nkomplu ninvestu f'dan is-settur li minnu jaqilgħu l-għajxien tagħhom is-sajjieda," qal Dr Bonett.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow