Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja artistika “It’s all Paperwork” fil-Parlament ta’ Malta

pr221645
Date Icon 28/11/2022

L-Ispeakertal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, illejla nawgura l-wirja artistika “It's all Paperwork"tal-iskultur Antoine Farrugia.

F'diskors tal-okkażjoni, l-Ispeakerfaħħar il-ħila artistika ta' Antoine Farrugia li bħala skultur jagħti, f'dan il-każ, sura ġdida lil dik li qabel kienet blata jew ġebla.  Din issir opra artistika, li għalkemm mingħajr użu partikolari lil persuna, wieħed jilmaħ id-delikatezza u l-irfinar tal-artist u twassal biex aħna nappreżżaw fid-deher, “...il-ħlewwa, is-saf, it-tjubija, l-innoċenza, ir-rażan, valuri importanti għalina l-bnedmin."  Dik li kienet blata u m'għadhiex, f'għajnejn l-artist tikseb valur u fl-istess waqt tama ġdida għal ħajja umana aħjar.

L-Ispeaker saħaq li mhux kull tibdil fil-ħajja tal-bniedem jwassal biex tisseddaq l-armonija, is-sliem u l-paċi fost il-bnedmin.  Hawn għamel referenza għall-andament tal-gwerra fl-Ukrajna u tant kunflitti oħra fid-dinja u staqsa għaliex dan qed iseħħ, għaliex tant vjolenza, u x'qed nagħmlu biex tinkiseb il-paċi b'ġustizzja. L-Ispeaker kompla billi qal li minkejja ċ-ċokon ta' pajjiżna, għandna nibqgħu nippersisitu favur il-ġustizzja, ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem, il-prinċipji ta' demokrazija parlamentari rappreżentattiva, id-dinjità tal-persuna, is-solidarjetà umana, is-sliem u l-paċi, filwaqt li kkritika l-qawwiet il-kbar li ta' spiss ikasbru d-dritt internazzjonali u minn fuq jippretendu li ma jittieħdux azzjonijiet u sanzjonijiet kontrihom.

F'din l-okkażjoni, taw is-sehem tagħhom l-MP Julie Zahra, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura u Joyce Dimech, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

Aktar kmieni matul il-jum nżammet konferenza stampa fil-Parlament dwar din il-wirja artistika għall-membri tal-istampa  li tmexxiet Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici.  F'din l-okkażjoni, ħa sehem l-MP Robert Cutajar, il-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni u kelliem għas-self-employed u l-intrapriżi ż-żgħar.

Il-pubbliku hu mistieden li jżur din il-wirja fil-Parlament ta' Malta sal-Ħadd, 11 ta' Diċembru 2022, matul il-ġimgħa, bjen id-09.00 ta' filgħodu u l-05.00 ta' wara nofsinhar, matul is-Sibtijiet, Ħdud u festi pubbliċi, bejn id-09.00 ta' filgħodu u nofsinhar.  Din il-wirja qed issir b'kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency (VCA).

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja artistika “It’s all Paperwork” fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja artistika “It’s all Paperwork” fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja artistika “It’s all Paperwork” fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja artistika “It’s all Paperwork” fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja artistika “It’s all Paperwork” fil-Parlament ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow