STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Maħruġ għall-konsultazzjoni pubblika l-Valletta Region Sustainable Urban Mobility Plan
F'konformità mal-impenn tal-gvern li jimxi lejn trasport aktar sostenibbli, ġie żviluppat il-Pjan ta' Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMP) għar-Reġjuni tal-Port tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar.
Dawn iż-żewġ reġjuni flimkien huma magħrufa bħala r-Reġjun tal-Belt Valletta u huma magħmula minn 27 kunsill lokali: il-Belt Valletta, Birgu, Birkirkara, Bormla, Fgura, Furjana, Gżira, Ħamrun, Isla, Kalkara, Luqa, Marsa, Msida, Raħal Ġdid, Pembroke, Pietà, Ħal Qormi, San Ġiljan, San Ġwann, Sliema, Santa Luċija, Santa Venera, Swieqi, Ta' Xbiex, Tarxien, Xgħajra u Ħaż-Żabbar.
Dan il-pjan jinkludi l-involviment tal-partijiet konċernati fejn ġew identifikati l-isfidi fis-settur tat-trasport u ġew inklużi sett ta' miżuri.
Wara konsultazzjoni estensiva mal-kunsilli lokali konċernati, l-entitajiet intergovernattivi u l-partijiet interessati, inbdiet it-tieni fażi ta' dan il-proċess fejn il-miżuri ġew riveduti wara t-tagħrif miġbur minn dawn il-partijiet, flimkien ma' informazzjoni u ma' studji ġodda li issa saru disponibbli.
Il-Valletta Region SUMP għandu l-iskop li jipprovdi soluzzjonijiet speċifiċi biex tittejjeb is-sistema ta' mobilità tar-reġjun; tinkoraġġixxi kemm lir-residenti kif ukoll lit-turisti biex jużaw mezzi ta' trasport sostenibbli; ittejjeb il-kwalità tal-ħajja; jitnaqqsu l-emissjonijiet iġġenerati mit-trasport, u jagħmel ir-reġjun aktar attraenti.
L-SUMP jinkludi numru ta' miżuri li ġew miġbura f'erba' għanijiet strateġiċi, li għandhom l-iskop li jgħinu fil-mixja lejn aktar mobilità sostenibbli f'dan ir-reġjun.
Il-pubbliku issa qed jiġi mistieden biex jissottometti l-ħsibijiet tiegħu dwar il-miżuri li qed jiġu proposti, sas-7 ta' Diċembru 2022, billi jżur:
Dan l-eżerċizzju jifforma parti minn proġett akbar fejn se jiġi żviluppat pjan ta' Mobilità Urbana Sostenibbli għal kull wieħed mir-reġjuni f'Malta u f'Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946