Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Papa Franġisku

pr221618
Date Icon 23/11/2022

"Iż-żjara tiegħi f’Malta tfakkarni fil-qalb tajba li għandhom il-Maltin”. Dan kien kliem il-Papa Franġisku waqt udjenza li kellu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt żjara fil-Vatikan.

Matul l-udjenza mal-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku, il-Ministru Ian Borg sostna li Malta hija dejjem onorata biż-żjara tal-Qdusija Tiegħu f’pajjiżna. Tkellmu wkoll dwar il-ħidma li għaddejja b’mod bilaterali bejn iż-żewġ stati, kif ukoll dwar ix-xogħol li għaddej minn pajjiżna bi preparazzjoni għall-Kunsill tas-Sigurtà għan-Nazzjonijiet Magħquda bil-għan li pajjiżna jibqa’ jkun aġent tal-paċi u l-istabbiltà madwar id-dinja.

Matul din iż-żjara fl-istat tal-Vatikan, il-Ministru Borg kellu l-opportunità li jiltaqa’ wkoll mas-Segretarju Tal-Istat tal-Vatikan, l-Emminenza Tiegħu l-Kardinal Pietro Parolin u l-Arċisqof Paul Richard Gallagher. Kompliet tiġi diskussa r-relazzjoni twila bejn iż-żewġ stati u l-importanza li għad għandu l-kattoliċiżmu f’pajjiżna. Ġiet diskussa wkoll il-ħidma li hemm bżonn issir bejn l-uffiċji tal-Affarijiet Barranin taż-żewġ stati sabiex tiġi mwaqqfa Kummissjoni Konġunta biex tiddiskuti l-immaniġġjar tal-artijiet tas-sede qaddisa f’Malta. L-immigrazzjoni fil-Mediterran, is-sitwazzjoni fil-Libja u l-kunflitt bejn l-Ukrajna u r-Russja kienu wkoll fuq l-aġenda.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Papa Franġisku
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Papa Franġisku
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Papa Franġisku
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow