STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Ordnata inkjesta dwar il-qtil f’Raħal Ġdid
pr221612
22/11/2022
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi, u l-Ugwaljanza Byron Camilleri u l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard ordnaw li ssir inkjesta ministerjali skont l-Att dwar l-Inkjesti Kap 273, u dan fir-rigward tal-qtil li seħħ f'Raħal Ġdid aktar kmieni illum.
L-inkjesta se titmexxa mill-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia. Din l-inkjesta se tkun qed tinvestiga x'kienet ir-responsabbiltà o meno ta' kull awtorità kkonċernata inkonessjoni ma' dan il-każ, tistabbilixxi jekk kienx hemm xi nuqqas minn xi entità u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet opportuni jekk tirriskontra xi nuqqas.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946