Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA

pr221609
Date Icon 21/11/2022

L-Amministrazzjoni tar-residenza ta' San Vinċenz De Paul fetħet investigazzjoni interna dwar żewġ każijiet separati ta' allegat użu eċċessiv ta' forza fuq żewġ pazjenti.

Dawn iż-żewġ każijiet qed jiġu investigati wkoll mill-pulizija.

B'rabta mal-każijiet ġew sospiżi erba' carers u ġie infurmat ukoll il-Kummissarju għall-Anzjani, il-Professur Godfrey LaFerla.

Filwaqt li l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela faħħar il-ħafna xogħol tajjeb li jsir minn għadd ta' ħaddiema b'risq l-anzjani, huwa kkundanna bla riservi aġir vjolenti u ordna li l-każijiet inkwistjoni jkunu mistħarrġa biex wieħed jistabbilixxi l-fatti u jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow