Left arrow Mur Lura

​ STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jum Internazzjonali tas-Sajd: Imniedi Proċess ta' Konsultazzjoni mas-Sajjieda bil-għan li titfassal Strateġija Nazzjonali tas-Sajd

pr221608
Date Icon 21/11/2022

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Sajd, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said, nediet proċess ta' konsultazzjoni wiesa mas-sajjieda Maltin u Għawdxin. Dan se jkun qed isir permezz ta' 43 laqgħa ta' konsultazzjoni bejn it-28 ta' Novembru u s-16 ta' Mejju li ġej. L-għan ta' dawn il-laqgħat ta' konsultazzjoni huwa li titfassal Strateġija Nazzjonali ġdida għas-settur tas-Sajd.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tenniet kif is-settur tas-sajd huwa wieħed varjat u multi-dimensjonali, li jinvolvi l-għajxien ta' eluf ta' familji Maltin u Għawdxin. Is-sajd ifisser il-ħajja ta' kuljum għal ġenerazzjonijiet sħaħ, u għalhekk inħass il-bżonn li jinħoloq qafas politiku u legali li jindirizza l-bżonnijiet u x-xewqat ta' nies ta' esperjenzi u sfond differenti, kemm dawk fl-immedjat, kif ukoll dawk fuq terminu medju u fit-tul.

Fix-xhur li ġejjin, is-Segretarjat Parlamentari ser jiddiskuti diversi suġġetti differenti. Fost dawn, hemm l-importanza li jiġi ppreservat l-għarfien tradizzjonali, kif ukoll l-inkorporazzjoni tal-għodod l-iktar moderni u sostenibbli fil-ħajja ta' kuljum. Is-sajjieda ta' kull tip, fosthom dawk tal-pariti, tal-ixkirtti, tal-lampuki, tan-nassi, tat-tkarkir, tal-konzijiet tal-qiegħ, u kif ukoll dawk tat-tartarun, qegħdin jiġu mistiedna biex jesprimu l-ħsibijiet u x-xewqat tagħhom.

Il-proposti li sejrin joħorġu minn din il-konsultazzjoni sejrin iwasslu għal Strateġija Nazzjonali, li tirrifletti r-realtajiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi tas-settur. Din l-istrateġija sejra wkoll ssaħħaħ l-għarfien fuq is-sajd mal-poplu inġenerali, filwaqt li tesplora l-aħjar mod kif is-settur ser iħajjar iktar żgħażagħ biex jaħdmu fis-settur, b'mod parallel mal-ħidma li diġà qegħda ssir fuq livell Ewropew.

Bugeja Said iddeskriviet ix-xogħol tas-sajjieda bħala wieħed “li jirrikjedi ta' kuljum il-paċenzja, il-bżulija u anke il-kuraġġ. Is-sajjied Malti ta' kuljum irid jegħleb diversi ostakli biex jwettaq il-ħidma tiegħu. L-isfidi tas-sajjieda ivarjaw minn irkaptu għal ieħor, u minn port għall-ieħor, u għaldaqstant irridu nagħtu widen għal din id-diversita settorjali meta nfasslu l-qafas legali. Irridu niżguraw illi l-ligijiet jiġu mfassla fuq ir-realtajiet tas-settur".

Hija sostniet li l-Gvern kompla l-ħidma tiegħu biex jibqa' jkun t-tarka tas-sajjied Malti u Għawdxi, billi nieda diversi skemi u inċentivi differenti, biex jagħti l-għajnuna neċessarja.

“Issa wasal iż-żmien li dan is-settur jieħu l-qabża li jmiss. Permezz ta' viżjoni olistika li tpoġġi lis-sajjied fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna, irridu nindirizzaw b'mod ċar u koerenti l-kwistjonijiet preżenti u futuri, bl-iktar mod effikaċi, koerenti u konsistenti", temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari.

​ STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jum Internazzjonali tas-Sajd: Imniedi Proċess ta' Konsultazzjoni mas-Sajjieda bil-għan li titfassal Strateġija Nazzjonali tas-Sajd
​ STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jum Internazzjonali tas-Sajd: Imniedi Proċess ta' Konsultazzjoni mas-Sajjieda bil-għan li titfassal Strateġija Nazzjonali tas-Sajd
​ STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jum Internazzjonali tas-Sajd: Imniedi Proċess ta' Konsultazzjoni mas-Sajjieda bil-għan li titfassal Strateġija Nazzjonali tas-Sajd
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow