Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Il-Gvern Malti u l-Kunsill Federali Svizzeru bi ftehim ta’ kontribuzzjoni ta’ €3.5miljun f’fondi lejn pajjiżna

pr221600
Date Icon 19/11/2022

Il-Gvern Malti u l-Kunsill Federali tal-Isvizzera ffirmaw ftehim msejjaħ 'Second Swiss Contribution' waqt żjara uffiċjali li kellu l-President tal-Konfederazzjoni Svizzera Ignazio Cassis mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg.

Wara s-suċċess tal-ewwel ftehim fl-2017, ilbieraħ il-Ministru Ian Borg flimkien mal-President Ignazio Cassis, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, iffirmaw dan it-tieni ftehim b'kontribuzzjoni ta' €3.5 miljun lejn pajjiżna. Dawn il-fondi għandhom l-għan sabiex inaqqsu d- disparitajiet ekonomiċi u soċjali f'pajjiżna.

Waqt il-laqgħa bilaterali mal-President Cassis, il-Ministru Ian Borg sostna li Malta tirrikonoxxi u tirringrazzja lill-Kunsill Federali tal-Isvizzera li għażel lil Malta bħala wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li qed jikkontribwixxi fondi lejh. Huwa sostna li dawn il-fondi se jkunu qed jintużaw sabiex ikompli jiġi msaħħaħ is-settur tas-saħħa pubblika, partikolarment fejn jidħol mard tal-qalb. Dan is-settur huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar pilastri importanti ta' pajjiżna.

Min-naħa tiegħu, s-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li Malta tinsab kuntenta ħafna li bil-kontribuzzjoni Svizzera se nkomplu nsaħħu s-settur tas-saħħa f'Malta fejn fost oħrajn se nagħmlu teatru ieħor fl-isptar Mater Dei fejn isiru l-operazzjonijiet tal-kardjoloġija. “Malta tilqa' dan il-ftehim milħuq mal-Kunsill Federali tal-Isvizzera fejn bit-tieni kontribuzzjoni se nkomplu nwettqu bidliet meħtieġa fosthom biex ntejbu t-trattamenti li nagħtu lill-pazjenti bi problemi ta' mard tal-qalb u tinħoloq aktar kuxjenza fost il-professjonisti mediċi u l-pubbliku," qal is-Segretarju Parlamentari Bonett.

Il-President tal-Konfederazzjoni Svizzera Ignazio Cassis sostna li ż-żewġ pajjiżi jaqsmu sħubija mill-qrib, li tmur lura fiż-żmien u li għandha potenzjal kbir. Qal ukoll li l-iffirmar tat-tieni kontribuzzjoni se javvanza rispons komprensiv għall-mard tal-qalb f'Malta.

Matul il-laqgħa bilaterali ġew diskussi l-aħħar preparamenti li għaddejjin miż-żewġ pajjiżi għall-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda minn Jannar li ġej, in-newtralità, it-tisħiħ tad-DiploFoundation u r-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Isvizzera.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Il-Gvern Malti u l-Kunsill Federali Svizzeru bi ftehim ta’ kontribuzzjoni ta’ €3.5miljun f’fondi lejn pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Il-Gvern Malti u l-Kunsill Federali Svizzeru bi ftehim ta’ kontribuzzjoni ta’ €3.5miljun f’fondi lejn pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Il-Gvern Malti u l-Kunsill Federali Svizzeru bi ftehim ta’ kontribuzzjoni ta’ €3.5miljun f’fondi lejn pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Il-Gvern Malti u l-Kunsill Federali Svizzeru bi ftehim ta’ kontribuzzjoni ta’ €3.5miljun f’fondi lejn pajjiżna
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow