Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

PR221593
Date Icon 18/11/2022

Il-Prim Ministru Robert Abela ressaq żewġ mozzjonijiet biex il-Parlament ikun jista' jivvota għall-ħatra ta' kummissarju għall-istandards fil-ħajja pubblika u ta' ombudsman.

Għall-irwol ta' kummissarju għall-istandards fil-ħajja pubblika, il-prim ministru qed jinnomina lill-Prim Imħallef Emeritu Dr Joseph Azzopardi. Filwaqt li għall-irwol ta' ombudsman, il-Prim Ministru Robert Abela qed jinnomina lill-Imħallef Emeritu Dr Joseph Zammit McKeon.

Il-Prim Ministru Robert Abela jemmen li ż-żewġ eks ġudikanti għandhom il-kwalifiki, l-esperjenza, l-integrità u l-ħiliet meħtieġa biex iservu f'dawn iż-żewġ rwoli.

Dan saħansitra kkonfermah il-kap tal-Oppożizzjoni nnifsu li mhux biss inizjalment qabel man-nomini, hekk kif qed jiġu ppreżentanti fiż-żewġ mozzjonijiet, iżda reġa' indika li lest jaċċetta li l-eks prim imħallef jista' jservi f'kariga kostituzzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow