Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Malta se żżid il-boroż ta’ studju fil-qasam tad-diplomazija diġitali u l-governanza” – Il-Ministru Ian Borg

PR221590
Date Icon 18/11/2022

“Malta se tkun qed tintensifika l-ħidma tagħha sabiex tipprovdi aktar boroż ta' studju għal taħriġ fl-oqsma tad-diplomazija diġitali u l-governanza. Se nkunu wkoll qed inkomplu nappoġġaw taħriġ ta'leadershipfid-diplomazija diġitali kif għamilna din is-sena fin-Namibja u l-Rwanda", qal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt li kien qed jindirizza s-summit dwar id-diplomazija diġitali u l-governanza, li qed jittella' f'pajjiżna.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Ian Borg iddeskriva l-ħidma tad-DiploFoundation matul l-aħħar 20 sena bħala notevoli u li permezz tagħha bosta pajjiżi madwar id-dinja ġew megħjuna biex jiżviluppaw id-diplomazija diġitali u r-rappreżentanza tagħhom f'negozjati diġitali. Huwa fakkar kif id-DiploFoundation f'dawn l-aħħar snin irnexxielha jkollha aktar minn 7,000 alumni minn aktar minn 200 pajjiż u territorju, statistiċi li juru s-suċċess b'saħħtu fit-tagħlim li sar matul l-aħħar snin.

Huwa  sostna li l-proġett viżjonarju ta' żewġ diċenji ilu tal-fondazzjoni llum huwa n-normalità. “Hija din l-innovazzjoni sostenibbli li tagħmel id-DiploFoundation waħda unika fejn tidħol id-diplomazija, però fuq kollox unika wkoll fuq l-impatt vast li għandha t-teknoloġija fuq is-soċjetà tal-lum".

Il-ministru qal li huwa importanti li fid-dinja diġitali li qed ngħixu llum, anke fejn jidħlu suġġetti tradizzjonali bħas-saħħa u l-għajnuna umanitarja, niddiskutu l-impatt diġitali. Fost oħrajn ukoll l-importanza tal-impatt tad-data u l-intelliġenza artifiċjali fuq regolamentazzjoni ġdida tal-Unjoni Ewropea u tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.

Il-Ministru Ian Borg irringrazzja lill-Gvern tal-Iżvizzera tal-impenn tiegħu wkoll għall-iżvilupp ta' din il-fondazzjoni. Huwa saħaq li l-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi se tkompli tamplifika fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda bejn l-2023 u l-2024.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Malta se żżid il-boroż ta’ studju fil-qasam tad-diplomazija diġitali u l-governanza” – Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Malta se żżid il-boroż ta’ studju fil-qasam tad-diplomazija diġitali u l-governanza” – Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Malta se żżid il-boroż ta’ studju fil-qasam tad-diplomazija diġitali u l-governanza” – Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Malta se żżid il-boroż ta’ studju fil-qasam tad-diplomazija diġitali u l-governanza” – Il-Ministru Ian Borg
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow