Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Ħruġ Ġdid b'Irkant ta' Stock tal-Gvern ta' Malta b'Rata ta' Mgħax Fissa – Novembru 2022

pr221569
Date Icon 15/11/2022

L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €200,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta f'xi wieħed jew aktar miż-żewġ stocks imsemmija aktar 'l isfel:

  1. 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VI) Fungibility Issue (F.I.); u
  2. 3.70% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (II).

Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b'€150,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammount offrut.

L-applikazzjonijiet magħmulin f'offerti b'irkant għal minimu ta' €500,000 u multipli ta' €100,000 kull waħda jiftħu l-Ġimgħa 25 ta' Novembru 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess jum.

L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax +356 2596 7210 jew jintefgħu fil-kaxxa tal-offerti tat-Teżor, il-Floriana. 

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b'irkant. 

Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor. 

L-Accountant General ser iħabbar linji gwida indikattivi tal-ipprezzar għall-kull stock permezz ta' stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar il-Ħamis, l-24 ta' Novembru 2022. Dawn ikunu magħmula minn spread indikattiva fuq ir-rata tal-euro mid-swap relevanti li jirriflettu b'mod wiesa' l-kondizzjonijiet fis-suq sekondarju tat-3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VI) u tat-3.70% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (II).

Aktar tagħrif dwar dawn l-Istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li flimkien mal-Prospett Ġenerali u r-Regolamenti dwar Stocks tal-Gvern ta' Malta jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow