Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Malta awgurat għal riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent” – il-Ministru Ian Borg

pr221567
Date Icon 15/11/2022

Il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li għalih attenda l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u Kummerċ Ian Borg kellu diskussjoni dwar il-Balkani tal-Punent, bi tħejjija għas-Summit tal-Mexxejja li se jsir f’Tirana, l-Albanija fis-6 ta’ Diċembru. Malta saħqet fuq il-ħtieġa ta’ inizjattivi u riżultati viżibbli għall-benefiċċju taċ-ċittadini. Il-Ministru Borg irrefera wkoll għall-pakkett riċenti ta’ appoġġ fl-enerġija, mniedi mill-Kummissjoni, u l-ftehimiet iffirmati f’Berlin mis-sitt pajjiżi li se jiffaċilitaw il-moviment ħieles fi ħdan ir-reġjun.

Il-Kunsill kellu wkoll skambju ta’ fehmiet dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna li beda b’intervent mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ukren Dmytro Kuleba. Malta saħqet dwar l-importanza li tiġi żgurata r-responsabbiltà fl-Ukrajna, fejn l-atroċitajiet iridu jiġu investigati bir-reqqa. Il-Ministru Borg sostna li l-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jridu jkomplu jkunu sostnuti mill-għaqda. Matul il-mandat tagħha bħala Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, Malta se tkompli tenfasizza li l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna jridu jiġu rispettati.

Kwistjonijiet oħra li tqajmu fil-Kunsill kienu jinkludu l-laqgħat ministerjali li ġejjin tal-Unjoni għall-Mediterran u tal-Viċinat tan-Nofsinhar. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Borg iddikjara li l-Mediterran għandu jibqa’ fuq l-aġenda. “It-tisħiħ tal-impenn tagħna mal-Viċinat tan-Nofsinhar huwa kruċjali peress li l-isfidi huma kondiviżi u s-soluzzjonijiet huma ta’ benefiċċju reċiproku”, spjega l-Ministru Ian Borg. Huwa enfasizza wkoll l-importanza li jingħata biżżejjed appoġġ finanzjarju lill-Viċinat tan-Nofsinhar għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, li jikkumplimenta l-ambizzjoni tal-UE fir-reġjun. F’dan ir-rigward, il-Ministru Borg saħaq li l-Mediterran Ċentrali qed ikompli jesperjenza pressjonijiet u l-migrazzjoni hija sfida għall-Unjoni Ewropea kollha u għalhekk iridu jiġu mfittxija soluzzjonijiet fil-livell Ewropew b’mod ħolistiku.

Bħala parti mill-aġenda ewlenija tiegħu, il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin iddiskuta s-sitwazzjoni fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar fl-Afrika filwaqt li ġew diskussi wkoll l-Iran, il-Libanu, il-COP 27, il-COP 15 u l-UE-CELAC fost oħrajn. Il-Ministri kellhom skambju ta' fehmiet mal-Kap tal-forzi tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarus, Sviatlana Tsikhanouskaya. Fil-marġini tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin il-Ministru Borg kellu wkoll laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż Annalena Baerbock.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Malta awgurat għal riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent” – il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Malta awgurat għal riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent” – il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Malta awgurat għal riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent” – il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Malta awgurat għal riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent” – il-Ministru Ian Borg
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow