Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Rapporti ta’ segwitu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika - 2022 (Volum II)

pr221564
Date Icon 14/11/2022

L-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra, Anġlu Farrugia, it-tieni volum ta' rapporti ta' segwitu għas-sena 2022 li jinkludi r-riżultati ta' erba' rapporti ta' segwitu b'rabta ma' verifiki li twettqu fl-aħħar snin.

Bħalma kien fil-każ tal-ewwel ġabra ta' rapporti ta' segwitu, l-iskop kien li jevalwa kemm ġiet segwita l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet prinċipali li l-Uffiċċju kien għamel fir-rapporti oriġinali.

Saret analiżi tar-rata ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula minn dan l-Uffiċċju fuq il-verifiki ta' Teknoloġija Informatika u ta' Prestazzjoni li ġejjin:

Verifika ta' rapport ta' segwitu mis-Sezzjoni tal-Informazzjoni Teknoloġika

  • The Effective Use of Tablets in State, Church and Independent Primary Schools

Verifika ta' rapporti ta' segwitu mis-Sezzjoni tal-Verifika ta' Prestazzjoni

  • Evaluation of Feed-In Tariff Schemes for Photovoltaics
  • An Analysis of Issues Concerning the Cooperative Movement in Malta
  • An Evaluation of the Community Work Scheme

L-NAO jinnota li, fil-każ ta' verifiki inklużi f'dan ir-rapport, 77% tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu jew ġew implimentati, bis-sħiħ jew parzjalment, jew kienu fil-proċess li jiġu implimentati mill-ministeri jew mill-entitajiet konċernati. 

Din il-pubblikazzjoni hi aċċessibbli minn fuq is-sit uffiċjali tal-NAO www.nao.gov.mt jew mill-paġna tal-Facebook tal-Uffiċċju www.facebook.com/NAOMalta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow