Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Matthew Zerafa jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar

pr221542
Date Icon 11/11/2022

Is-Sur Matthew Zerafa se jinħatar Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tad-Djar. 

Għal dawn l-aħħar snin is-Sur Zerafa ħadem bħala Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli. 

Huwa studja u gradwa b'Baċellerat fir-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università ta' Malta, kif ukoll gradwa b'Masters fl-Intelliġenza u Sigurtà fl-Ingilterra, fejn speċjalizza fuq l-Infurzar tal-Entitajiet Pubbliċi f'pajjiżna. 

L-istudji tiegħu ffukaw ukoll fuq Geographical Information Systems (GIS) u fuq deċiżjonijiet strateġiċi fi żminijiet ta' inċertezzi.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli feraħ lis-Sur Matthew Zerafa għal din il-ħatra ġdida. Il-Ministru rringrazzja wkoll lis-Sur Leonid McKay tal-ħidma tiegħu matul dawn is-snin li mexxa lill-Awtorità tad-Djar u awguralu wkoll għall-kariga ġdida tiegħu f'entità governattiva oħra.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Matthew Zerafa jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow