Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI Jum it-Tifkira - Il-Ħadd, 13 ta’ Novembru, 2022

pr221541
Date Icon 11/11/2022

Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, ifakkar il-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija nhar il-Ħadd, 13 ta' Novembru 2022 fl-okkażjoni magħrufa bħala Jum it-Tifkira.

Għal din l-okkażjoni ser tkun konċelebrata quddiesa fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta fid-9:30 ta' filgħodu. Din se tkun immexxija mill-Monsinjur Charles J. Scicluna – Arċisqof ta' Malta. L-istess quddiesa ser tixxandar b'mod dirett fuq TVM.

Qabel il-quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta, bis-sehem tal-Banda tal-Forzi Armati.

Wara l-quddiesa, fil-10:40 ta' filgħodu, issegwi ċ-ċerimonja ta' tifkira ħdejn il-Monument tal-Gwerra, fil-Furjana. Matul din iċ-ċerimonja jitqiegħdu kuruni tal-fjuri mal-Monument tal-Gwerra mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u persuni distinti oħra.

Il-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' organizzazzjonijiet oħra jiffurmaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-kuruni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow