Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aġenzija Żgħażagħ tippremja l-proġetti mwettqa fl-iskejjel mill-Kunsilli tal-Istudenti

pr221529
Date Icon 09/11/2022

Numru ta' skejjel sekondarji u post-sekondarji ġew ippremjati, mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, għal diversi proġetti li ħejjew fis-sena skolastika preċedenti permezz tal-Kunsill tal-Istudenti.

Fost id-diversi programmi li l-Aġenzija Żgħażagħ toffri, l-iStudent Councils Democracy Awards jagħti l-opportunità lill-istudenti jingħaqdu f'kunsill biex flimkien jiddeċiedu proġetti li jixtiequ jimplimentaw fl-iskejjel tagħhom għall-ġid komuni. Dan iwassal biex l-istudenti, sa minn età żgħira, jitgħallmu diversi valuri f'ambjent demokratiku u 'l quddiem ikunu ċittadini attivi fil-politika tal-pajjiż. Bħala inċentiv għall-parteċipazzjoni tal-istudenti f'dan il-programm, Aġenzija Żgħażagħ toffri €150 u €300 lil kull kunsill tal-istudenti fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji rispettivament, filwaqt li tagħti l-għajnuna meħtieġa mill-professjonisti fi ħdanha bħala gwida u appoġġ fejn meħtieġ.

Il-Ministru Clifton Grima faħħar l-inizjattiva u qal lill-istudenti li, “Il-parteċipazzjoni tagħkom fis-sistema edukattiva permezz tal-Kunsill tal-Istudenti hija importanti. Mhux biss għaliex tkunu parti integrali mit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet edukattivi rispettivi tagħkom, imma wkoll tgħinkom biex tkunu ċ-ċittadini responsabbli ta' għada. Intom il-futur tal-ġenerazzjoni attwali. Nemmnu li fl-istituzzjonijiet edukattivi, iż-żgħażagħ jeħtieġ li jingħataw il-ħiliet meħtieġa biex isibu posthom fis-soċjetà kif ukoll jagħmlu l-almu tagħhom biex joħolqu komunità ta' għada, li tkun komunità aħjar".

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti saħaq li programmi ekstrakurrikulari bħal dawn huma importanti għaliex iħeġġu lill-istudenti jkollhom sens ta' responsabbiltà sa minn età żgħira. Huwa żied jgħid li, “Il-kunsilli skolastiċi joffru l-opportunità lill-istudenti jikbru f'persuni b'sens ta' ċittadinanza attiva biex 'il quddiem jikkonfermaw bil-fatti l-idea demokratika bis-sehem attiv tagħhom fil-politika tal-pajjiż". Huwa inkoraġġixxa aktar skejjel jagħmlu użu minn programmi bħal dawn biex verament ikunu qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom li joffru lill-istudenti edukazzjoni ħolistika.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aġenzija Żgħażagħ tippremja l-proġetti mwettqa fl-iskejjel mill-Kunsilli tal-Istudenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aġenzija Żgħażagħ tippremja l-proġetti mwettqa fl-iskejjel mill-Kunsilli tal-Istudenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aġenzija Żgħażagħ tippremja l-proġetti mwettqa fl-iskejjel mill-Kunsilli tal-Istudenti
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow