STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imħabbra l-kriterji ta’ selezzjoni għall-kontinġent Għawdxi għal-Logħob tal-Gżejjer 2023 f’Guernsey
Bi preparazzjoni għad-debut t'Għawdex fil-Logħob tal-Gżejjer f'Guernsey f'Lulju 2023, il-Gozo Island Games Association ippubblikat il-kriterji tal-għażla għal dawk l-atleti li jixtiequ jiffurmaw parti mill-kontinġent Għawdxi waqt il-logħob li se jsir bejn it-8 u l-14 ta' Lulju 2023.
Il-kriterji t'eliġibbiltà u għażla jistgħu jinkisbu minn https://mgoz.gov.mt/en/Documents/MQS.pdf.
Il-Logħob tal-Gżejjer huwa avveniment li jsir kull sentejn u jinkludi diversi dixxiplini sportivi. Fihom jieħdu sehem 24 gżira minn madwar id-dinja. L-ewwel edizzjoni kienet saret fl-1985 f'Isle of Man.
L-aħħar aġġornamenti jistgħu jkunu segwiti fil-paġna ta' Facebook tal-Gozo Island Games Association: https://www.facebook.com/gozoislandgamesassociation.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en