STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI
Issir referenza għall-asserzjonijiet kompletament skorretti kontenuti f'xi sezzjonijiet tal-mezzi tax-xandir u l-Kelliema tal-Oppożizzjoni b'rabta mal-każ ta' fastidju u l-Orkestra Nazzjonali; liema każ ittieħdu proċeduri dwaru fil-Qrati tagħna u saħansitra diġà hemm sentenza mill-Qorti tal-Maġistrati fi proċedura minnhom.
Kwalunkwe allegazzjoni li l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici jew il-ministeru prova b'xi mod jaħbi, hija għal kollox inveritiera u bla bażi.
Il-Ministru Bonnici nnifsu aġixxa minnufih tant li saħansitra kien informa bil-miktub lill-Kummissarju inkarigata mill-ħidma kontra l-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u mill-ħidma kontra l-Vjolenza Domestika dwar l-allegazzjonijiet li waslu għandu verbalment. Dan biex ikun dan l-uffiċċju li bl-expertise li għandu jiggwida lill-impjegata skont dak meħtieġ f'ċirkostanzi bħal dawn. Ta' min ifakkar li l-Kummissjoni hija stabbilita esternament mill-Orkestra Nazzjonali u l-ministeru nnifsu.
Eventwalment, hekk kif l-allegazzjonijiet tressqu formalment bil-miktub fl-ittra ta' riżenja, twaqqaf ukoll Board estern u dan skont l-anti-sexual harassment policy tal-gvern.
L-istituzzjonijiet ħadmu.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946