STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U GVERN LOKALI
B'referenza għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar il-każ marbut mal-persuna li rriżenjat mill-Orkestra Nazzjonali wara każ ta' fastidju sesswali, il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali jikkundanna l-fatt li l-Oppożizzjoni għażlet li tipprova ddawwar dan il-każ f'ballun politiku. M'hemmx lok ta' partiġġjaniżmu politiku meta fin-nofs hemm kwistjonijiet marbuta ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol.
L-Oppożizzjoni trid tiddeċiedi x'linja trid taqbad. Ma tistax f'linja waħda tgħid, kif kienet qed tgħid sa ftit jiem ilu, li “hemm impunità" u “li wieħed jgħatti lill-ieħor" u mbagħad għax jitressqu persuni l-Qorti ddawwar id-diska u f'daqqa waħda tgħid li l-Ministeru naqas milli jaġixxi qabel.
F'dan il-każ ittieħdu l-passi kollha li hemm bżonn minnufih u b'mod spedit u ġew imwieġba d-domandi kollha bl-iktar mod miftuħ u trasparenti li tressqu mill-mezzi kollha tax-xandir, mingħajr distinzjoni. L-istituzzjonijiet ħadmu u taw ir-riżultati, kif għamel il-Gvern. Il-Gvern se jkompli jaħdem biex isaħħaħ il-ħidma fis-setturi kulturali għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946