Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr221508
Date Icon 05/11/2022

B'sinjal lejn il-ħidma li wettaq tul is-snin fosthom bħala Prim Ministru ta' Malta, il-Prim Ministru Robert Abela offra li jkun organizzat funeral statali lil Karmenu Mifsud Bonnici.

Filwaqt li l-familja ta' Dr. Mifsud Bonnici apprezzat dan il-ġest, il-familja infurmat lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li Dr Mifsud Bonnici kien esprima x-xewqa permezz ta' ittra dikjaratorja li ma jsirlux dan it-tip ta' funeral wara mewtu.

Il-Prim Ministru Robert Abela jirrispetta din ix-xewqa.

Il-Gvern se jibqa' jikkomunika mal-familja Mifsud Bonnici u jgħin fl-organizzazzjoni ta' funeral skont ix-xewqat tal-eks Prim Ministru ta' Malta.

Il-Gvern itenni l-kondoljanzi lill-familja Mifsud Bonnici u jsellem il-memorja tal-eks Prim Ministru għall-ħidma li wettaq b'risq Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow