STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA: Il-Gvern ta’ Malta jsellem il-memorja tal-Eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici
pr221506
05/11/2022
Il-Gvern ta' Malta jsellem il-memorja tal-Eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici.
Karmenu Mifsud Bonnici jibqa' mfakkar għall-ħidma tiegħu bi djalogu favur l-interessi tal-ħaddiema.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li t-telfa ta' Karmenu Mifsud Bonnici hija telfa ta' ġentlom li tul ħajtu ta kontribut enormi favur il-kawża tal-ħaddiem, bis-sehem tiegħu fil-politika, fit-trade unions u l-professjoni tiegħu.
Filwaqt li wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja u l-qraba tal-eks Prim Ministru, huwa spjega kif dejjem ammira lil Dr Mifsud Bonnici għas-sens ta' servizz li ried jagħti lejn iż-żgħir.
Dr Abela qal li daqskemm Karmenu Mifsud Bonnici ħabb lill-ħaddiem, ħabb ukoll lil pajjiżu u għalhekk jibqa' ta' eżempju għal ħafna.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946