Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara konġunta mis-Sur Leo Brincat u Dr George Marius Hyzler fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika

pr221498
Date Icon 03/11/2022

Is-Sur Leo Brincat, li għadu kif temm il-kariga tiegħu bħala Membru fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri,  u s-suċċessur tiegħu Dr George Marius Hyzler, għamlu żjara konġunta fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, il-Furjana. Mal-wasla tagħhom, huma ġew milqugħa mis-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali, u s-Sur Noel Camilleri, Deputat Awditur Ġenerali.

F'diskors qasir ta' merħba, is-Sur Deguara wassal l-apprezzament tal-Uffiċċju kollu għall-kollaborazzjoni sħiħa li dejjem wera s-Sur Brincat matul il-mandat tiegħu bħala Membru tal-Qorti matul dawn l-aħħar sitt snin. Xhieda ta' dan huma l-ħafna inizjattivi konġunti organizzati mill-NAO u l-ECA flimkien matul dan iż-żmien. Fl-istess ħin huwa feraħ lil Dr Hyzler li x-xahar l-ieħor beda l-ħidma ġdida tiegħu fil-Lussemburgu.  Is-Sur Deguara tenna li l-Uffiċċju Nazzjonli tal-Verifika jibqa' kommess li jsaħħaħ dejjem aktar ir-relazzjoni eċċellenti li diġà teżisti mal-ECA, ikkunsidrat bħala wieħed mis-sieħba prinċipali tal-istituzzjoni nazzjonali tal-verifika f'Malta.

Tabilħaqq, il-laqgħa ta' dalgħodu ffukat fuq inizjattivi ġodda li jistgħu jiżguraw li r-relazzjoni ta' xogħol bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, li l-għanijiet prinċipali tagħhom u metodoloġiji tax-xogħol u standards internazzjonai tal-awditjar segwiti huma prattikament identiċi, tkompli tissaħħaħ.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara konġunta mis-Sur Leo Brincat u Dr George Marius Hyzler fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara konġunta mis-Sur Leo Brincat u Dr George Marius Hyzler fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow