Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Fost l-aqwa ismijiet fil-qasam tal-video games u l-esports taħt saqaf wieħed waqt Playcon

pr221494
Date Icon 02/11/2022

Minn għada, l-Ħamis 3 ta’ Novembru, sa nhar il-Ħadd 6 ta’ Novembru, fl-MFCC f’Ta’ Qali se tittella’ Playcon, expo tal-video games u esports li se tiġbor taħt saqaf wieħed fost l-aqwa esponenti lokali u internazzjonali f’dawn is-setturi.

Waqt li żar l-aħħar preparamenti ta’ Playcon, il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri qal li l-video game development u esports huma żewġ niċeċ ekonomiċi ġodda li qed iħallu l-frott fl-ekonomija tagħna, tant li anke fl-aħħar stħarriġ ippublikat minn E&Y is-settur ta’ digital entertainment ikklassifika fil-ħames post bħala wieħed mis-setturi fejn hemm tbassir li l-ekonomija mistennija tikber fis-snin li ġejjin. 

Il-Ministru Schembri qal li pajjiżna qed jipprepara għat-tkabbir ta’ dawn is-setturi u fil-fatt waqt Playcon, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, se jħarsu lejn l-element edukattiv fejn 5,000 student minn 70 skola differenti se jkunu qed iżuru din l-expo bejn għada u l-Ġimgħa.

L-istudenti se jkollhom l-opportunità jaraw mill-viċin it-tip differenti ta’ karrieri li jistgħu jsegwu f’dawn l-oqsma u grazzi għar-rappreżentanti mill-Università ta’ Malta u l-MCAST se jkunu jistgħu jaraw l-aħjar pjan ta’ studju biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. 

Playcon se tkun miftuħa b’xejn għall-pubbliku fejn, fuq medda ta’ 5,000m2, aktar minn 25 kumpanija li jiżviluppaw il-video games u jorganizzaw esports se jkunu qed joffru esperjenzi ta’ tagħlim, kompetizzjonijiet u divertiment. 

Kumpaniji internazzjonali bħal Ubisoft, Keywords Studios, Microsoft, Exient u ESL se jkunu parti minn Playcon. Dawn huma kkunsidrati fost l-aqwa kumpaniji tal-iżvilupp tal-video games kif ukoll fil-kompetizzjonijiet tal-esports internazzjonali.  Il-pubbliku se jkollu l-opportunità li jsir jaf aktar dwar dan u anke jilgħab dawn il-logħob.

Keywords Studios hija l-aħħar kumpanija fil-qasam tal-video game development li fetħet il-bibien tagħha f’pajjiżna. Din il-kumpanija tipprovdi għajnuna teknika lill-video games developers u timpjega 11,000 ruħ madwar id-dinja. 

Fl-aħħar xhur ukoll ġie ffirmat ftehim bejn ESL u Gaming Malta li se jwassal biex t-tournaments popolari tal-ESL jittellgħu f’pajjiżna sal-2024. 

Is-Sibt u l-Ħadd se jiġu organizzati numru ta' kompetizzjonijiet tal-esports fejn aktar minn 500 kompetitur tal-logħob Fortnite, Tekken7, Sim Racing, Mario Kart, Valorant, Super Smash Bros u Pokemon Sword and Shield irreġistraw fuq il-pjattaformi onlajn għall-kompetizzjonijiet bi premjijiet minn Playcon. L-akbar kompetizzjoni li qed tiġi organizzata hija dik ta’ Malta Royale bil-logħba Fortnite fejn madwar 300 kompetitur se jkunu qed jikkompetu bil-finali ssir il-Ħadd filgħaxija fuq stage artistiku żviluppat b’ispirazzjoni Maltija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Fost l-aqwa ismijiet fil-qasam tal-video games u l-esports taħt saqaf wieħed waqt Playcon
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Fost l-aqwa ismijiet fil-qasam tal-video games u l-esports taħt saqaf wieħed waqt Playcon
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Fost l-aqwa ismijiet fil-qasam tal-video games u l-esports taħt saqaf wieħed waqt Playcon
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Fost l-aqwa ismijiet fil-qasam tal-video games u l-esports taħt saqaf wieħed waqt Playcon
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow