Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI

pr221490
Date Icon 02/11/2022

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jippreċiża li hekk kif membru tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali nstab ħati, wara ammissjoni, ta’ numru ta’ reati fosthom dak ta’ fastidju sesswali fuq eks membru tal-istess orkestra mill-Qorti tal-Maġistrati, dan ġie sospiż immedjatament b’nofs paga. Kif jgħaddi l-perjodu tal-appell tassattiv skont il-liġi, bord ta’ dixxiplina estern għall-orkestra se jkun qed jisma’ l-każ.

Immedjatament ukoll mas-sospensjoni tal-membru tal-orkestra, ingħataw struzzjonijiet biex jitwaqqaf bord ieħor estern għall-Orkestra Nazzjonali li għandu l-għan li, bla ħsara għall-ħidma li diġà twettqet mill-Korp tal-Pulizija, jagħrbel iċ-ċirkostanzi kollha marbuta mal-istqarrija relattiva għall-fastidju sesswali u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow