Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL: Riżultat u allokazzjoni tal-Ħruġ tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Ottubru 2022

pr221466
Date Icon 27/10/2022

Stock tal-Gvern ta' Malta b'rata ta' mgħax fissa

It-Teżor iħabbar ir-riżultat u l-allokazzjoni tal-ħruġ tal-istocks tal-Gvern ta' Malta ta' Ottubru 2022.   

Sad-dati tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa 12 ta' Ottubru 2022, it-Teżor irċieva 10,458 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku għall-ammont totali ta' €293.14 miljun nominali. L-ammont tal-ħruġ kien ta' €200 miljun, soġġett għal dritt li jiżdied b'ammont sa massimu ta' €100 miljun oħra fil-każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.

Kif tħabbar fl-istqarrija PR221374 maħruġa mill-Ministeru Għall-Finanzi u x-Xogħol fit-12 ta' Ottubru 2022, it-Teżor eżerċita d-dritt li jżid l-ammont sabiex l-applikazzjonijiet kollha tal-membri tal-pubbliku li kienu konformi mat-termini taċ-Ċirkolari tal-Offerta u l-Prospett Ġenerali ġew aċċettati kollha.

It-Teżor alloka l-ammont f'kull stock kif jidher aktar 'l isfel:

Numru ta' applikazzjonijietAmmont nominali sottoskritt u aċċettat
3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VI) offrut lill-membri tal-pubbliku bil-prezz ta' €101.252,048

52,844,400

4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2032 (VII) offrut lill-membri tal-pubbliku bil-prezz ta' €100.00 (b'parita`)8,410

240,297,300

Total10,458

293,141,700

Kif stipulat f'artikolu 3 taċ-Ċirkolari tal-Offerta, l-imgħax fuq dawn l-istocks tal-Gvern ta' Malta beda jakkumula mis-17 ta' Ottubru 2022. Aktar tagħrif u informazzjoni jistgħu jinkisbu mir-riżultat li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor - www.treasury.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow