AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAL SAĦĦA AMBJENTALI
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawmTax-Xama', San Pawl il-Baℏar (Kodiċi tas-Sit C 22) hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f'din iż-żona qed jiġi rtirat.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:30 ta' filgħodu sat-3:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt u complaints.ehd@gov.mt. Il-pubbliku jista' wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.
Il-pubbliku jista' wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook
http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946