STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni każwali għall-membru parlamentari fl-għaxar distrett elettorali
pr221455
26/10/2022
Elezzjoni Każwali fl-Għaxar Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara l-mewt ta’ Robert Arrigo.
Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li sal-aħħar jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati żewġ nomini għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.
Buttigieg Albert u Portelli Bonnici Emma
Total ta’nomini ppreżentata: 2
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-Għadd tal-voti tal-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post vakant mill-Onor. Robert Arrigo ser issir il-Ġimgħa, t-28 ta’ Ottubru, 2022, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-Għadd tal-voti se jibda’ fid-9.00 ta’ filgħodu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946